*Nota: Reġistrazzjoni Temporanja tingħata għal perjodu ta’ sena, li jista’ jiġġedded kull sena, bil-kundizzjoni li din il-prattika ssir biss fi sptar/klinika tal-Gvern jew f’xi fergħa oħra tas-servizz tas-saħħa pprovdut mill-Gvern, taħt sorveljanza. Reġistrazzjoni Temporanja mhix ekwivalenti għal Reġistrazzjoni Sħiħa f’termini tal-Att tal-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa 2003, Kap 464 u d-Direttiva tal-UE 2005/06/EC.
* Nota: Il-format tar-Reġistru tal-Ispeċjalisti bħalissa qed jiġi rivedut, sabiex jiġu ppubblikati kemm id-data li tlesta t-taħriġ kif ukoll id-data tal-inklużjoni fir-reġistru.
Għal kwalunkwe mistoqsija dwar żbalji jew ommissjonijiet jekk jogħġbok ibgħat email lir-Reġistratur ([email protected]). Ir-Reġistri tal-Kunsill Mediku jiġu aġġornati sa tmiem kull xahar.
Għal kwalunkwe mistoqsija dwar il-Ħlas Annwali ta’ Żamma u Abbonamenti jekk jogħġbok ibgħat email lil [email protected].