LIĠIJIET

Liġijiet u Regolamenti:

L.N. 105 tal-2006, Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464), Regolamenti tal-2006 dwar il-Prattika ta’ Professjonijiet Konkorrenti
L.N. 330 tal-2006, Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464), Regolamenti tal-2006 tal-Kunsill Mediku (Miżati), kif emendat bl-S.L.464.11, kif emendat bl-Artikolu 170 tal-Att Nru XIII tal-2015, ‘Att dwar l-Implimentazzjoni tal-Miżuri tal-Baġit’
L.N. 38 tal-2009, Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464), Regolamenti tal-Kunsill Mediku (Penali), 2009
L.N. 273 tal-2010, Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464), Regolamenti tal-2010 dwar il-Prattika ta’ Professjonijiet Konkorrenti (Emendi)
S.L.458.08, Regoli tal-Kunsill Mediku (Proċedura biex jitħassru l-Ismijiet)
L.N. 84 tal-2014, Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464), Regolamenti tal-2014 dwar l-Assigurazzjoni ta’ Indennità għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa

Kodiċi tal-Etika u Relatati:

L.N. 303 tal-2008: Regolamenti tal-2008 dwar l-Etika fil-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa
Addendum 1 Lingwa (07.01.2008)
Addendum 2 Qasam ta’ Speċjalità (01.10.09)
Addendum 3 Titolu tal-Professorat (05.05.2010)

Ordnijiet Permanenti:

L.N. 375 tal-2009 Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464) – Regolamenti tal-2009 tal-Kunsill Mediku (Ordnijiet Permanenti)
Addendum 01/2013: L-istatus ta’ Speċjalisti li jipprovdu Servizzi Temporanji
Addendum 01/2014: Rikonoxximent ta’ gradwati mill-Università ta’ Malta

Regolamenti Ta’ Assigurazzjoni Tal- Indennità Għal Professjonisti Tas-saħħa, 2014

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 84 tal-2014, ‘Regolamenti tal-2014 tal-Assigurazzjoni tal-Indemnità għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa’ u l-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, PR140142 tad-29 ta’ Jannar 2014, il-prattikanti reġistrati kollha huma mitluba jirritornaw Formola ta’ Dikjarazzjoni lill-Kunsill Mediku, mimlija kif suppost, sal-aħħar ta’ Jannar ta’ kull sena.
Formola ta’ Dikjarazzjoni mimlija kif suppost għandha tiġi rritornata awtomatikament flimkien mal-Miżata ta’ Żamma Annwali (f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal- Artikolu 170 tal-Att Nru XIII tal-2015 , tal- Att dwar l-Implimentazzjoni tal-Miżuri tal-Baġit) f’Jannar ta’ kull sena. Il-Formola ta’ Dikjarazzjoni (riveduta fil-05.01.2015) tista’ titniżżel minn hawn).
Lista ta’ Mistoqsijiet Frekwenti huma wkoll disponnibli biex joffru aktar gwida lill- Prattikanti reġistrati tal-Mediċina u d-Dentistrija. Dawn jistgħu jitniżżlu minn hawn.
Niżżel id-dokumentazzjoni relatata kollha:
  • Avviż Legali 84 tal-2014, ‘Assigurazzjoni tal-Indemnità għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa, 2014′ (niżżel l-Avviż Legali)
  • Stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, PR140142, tad-29 ta’ Jannar 2014 (niżżel l-istqarrija għall-istampa)
  • Formola ta’ Dikjarazzjoni skont LN 84 tal-2014 (niżżel il-formola ta’ dikjarazzjoni) – riveduta fl-2022
  • Ċirkolari Nru 01/2014 (niżżel iċ-ċirkulari)
  • Mistoqsijiet Frekwenti fuq LN 84 tal-2014 (niżżel il-FAQs)
Linji gwida għat-Tobba tal-Fondazzjoni:
Fl-2010, il-Kunsill Mediku Malti adotta l-linji gwida tal-Programm tal-Fondazzjoni tar-Renju Unit (UKFP), ‘The New Doctor’, għat-tobba tal-fondazzjoni tal-ewwel u t-tieni sena, bħala r-rekwiżiti standard ta’ kompetenzi għar-reġistrazzjoni kompluta. Il-Kunsill Mediku Ġenerali (GMC) ta l-permess tiegħu sakemm il-Kunsill Mediku jiżgura li r-regolazzjoni tal-Programm tal-Fondazzjoni ta’ Malta jaqa’ b’mod ċar taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Mediku. ‘The New Doctor’ (kif aġġornat) jista’ jitniżżel minn hawn (link).
Fl-2011, l-Iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta ngħatat affiljazzjoni mill-ġdid mill-UKFPO (għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok aċċessa din il-link).
Ir-rapporti dwar l-Assigurazzjoni ta’ Kwalità tal- Iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta miżmuma mill-Kunsill Mediku, jistgħu jiġu aċċessati minn hawn (link.)
Għal informazzjoni dwar Reġistrazzjoni Proviżorja jekk jogħġbok aċċessa dan il-link

Linji Gwida Dwar Kif Għandek Tressaq Ilment Mal-kunsill Mediku Ta’ Malta

Gwida Maħruġa Mill-kunsill Mediku Ta’ Malta Matul Is-sitwazzjoni Tal-covid-19:

 

**Kopja stampata tista’ tinkiseb billi ċċemplilna fuq 21255540 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 u s-14.00) jew tista’ tibgħatilna email.