S.L.458.08 Artikolu 8 – Proċedimenti Pubbliċi: “Il-proċeduri quddiem il-Kunsill għandhom jinżammu pubbliċi; madankollu, meta jqis li jkun spedjenti, il-Kunsill jista’ jordna li l-proċedimenti jsiru fil-privat”.
Linji Gwida Dwar Kif Għandek Tressaq Ilment Mal-kunsill Mediku Malti
Il-Kunsill Mediku Malti jikkonferma li qatt ma kien involut f’taħditiet mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jew xi dipartiment/ministeru ieħor tal-gvern dwar tassazzjoni ta’ proċeduri estetiċi.
Tnedija tal-‘Linji Gwida għall- Istudenti tal-Mediċina u tad-Dentistrija dwar il-Valuri Professjonali u l-Kapacità għall-Prattika’ Verżjoni bl-Ingliż
Stqarrija għall-Istampa – Kampanja ta’ Vaċċinazzjoni 30 ta’ Lulju 2021.pdf
Avvenimenti Importanti:
Fl-2010, il-Kunsill Mediku Malti adotta l-linji gwida tal-Programm tal-Fondazzjoni tar-Renju Unit (UKFP), ‘The New Doctor’, għat-tobba tal-Kors tal-Fondazzjoni tal-Ewwel u t-Tieni Sena, bħala r-rekwiżiti standard ta’ kompetenzi għar-reġistrazzjoni sħiħa. Kunsill Mediku Ġenerali (GMC) ta l-permess tiegħu sakemm il-Kunsill Mediku jiżgura li r-regolazzjoni tal-Programm tal-Fondazzjoni ta’ Malta jaqa’ b’mod ċar taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Mediku. ‘The New Doctor’ (kif aġġornat) jista’ jitniżżel minn (link).
Fl-2011, l-Iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta ngħatat affiljazzjoni mill-ġdid mill-UKFPO (għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok aċċessa link).
Ir-rapporti dwar l-Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta miżmuma mill-Kunsill Mediku, jistgħu jiġu aċċessati minn hawn (link).
Il-Kunsill Mediku ta’ Malta ospita l-Assemblea Ġenerali tal-Federazzjoni tal-Awtoritajiet u Regolaturi Kompetenti tad-Dentisrija Ewropej (FEDCAR), li saret bejn il-25 u s-26 ta’ Mejju 2012, fil-Lukanda Excelsior, il-Furjana (niżżel l-Istqarrija għall-Istampa)
Stqarrija għall-Istampa mill-Ministeru għas-Saħħa dwar ‘l-Assigurazzjoni ta’ Lijabilità Professjonali għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa’, 29 ta’ Jannar 2014 (niżżel l-Istqarrija għall-Istampa)
Il-Kunsill Mediku ta’ Malta ospita l-Laqgħa tan-Netwerk Ewropew ta’ Awtoritajiet Mediċi Kompetenti (ENMCA) bejn it-23 u l-24 ta’ Novembru 2014, fil-Palazz ta’ Corinthia f’Ħ’Attard. Madwar 35 delegat internazzjonali attendew għal din il-laqgħa. Kien preżenti wkoll id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea.