Il-Miżata Annwali ta’ Żamma (ARF), f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 170 tal-Att Nru XIII tal-2015 ‘Att dwar l-Implimentazzjoni tal-Miżuri tal-Baġit’, hija dovuta awtomatikament f’Jannar ta’ kull sena, flimkien ma’ Formola ta’ Dikjarazzjoni mimlija kif suppost f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Avviż Legali 84 tal-2014, Regolamenti tal-2014 dwar l-Assigurazzjoni ta’ Indennità għall-Professjonisti tal-Kura tas-Saħħa u l-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, PR140142, tad-29 ta’ Jannar 2014.
Il-Formola ta’ Dikjarazzjoni (riveduta fil-05.01.2015) tista’ titniżżel mill-websajt tagħna minn hawn. Il-Liġijiet relatati kollha jistgħu jiġu aċċessati mill-webpage tagħna ‘Liġijiet u Ċirkolari‘.
Ħlasijiet magħmula personalment jiġu aċċettati mis-Sinjura Joanne Vella (Kamra 18, SLH-OPD, Livell 1, Pjazza San Luqa, G’Mangia) bejn it-Tnejn sal-Erbgħa u l-Ġimgħa mit-08.30 sas-13.30, iżda idealment jiġi stabbilit appuntament bil-quddiem sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà. Għandha tintbagħat email fuq [email protected].
Il-mistoqsijiet kollha relatati mal-ARF għandhom jiġu diretti lil [email protected].