Reġistrazzjoni proviżorja
Il-Kunsill Mediku Malti hija l-Awtorità Kompetenti għar-reġistrazzjoni u r-regolazzjoni tat-Tobba tal-Mediċina u Kirurgi Dentali f’Malta. Ir-reġistrazzjoni tagħti lil Prattikant id-dritt li jfittex impjieg f’Malta, iżda dan mhux se jipprovdi impjieg awtomatikament.
Il-Kunsill Mediku huwa marbut bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE 2005/36/EC li tistipula li ‘Taħriġ mediku bażiku għandu jinkludi total ta’ mill-inqas ħames snin ta’ studju, li jistgħu barra minn hekk jiġu espressi bil-kredti ECTS ekwivalenti u għandu jikkonsisti f’mill-inqas 5500 siegħa ta’ taħriġ teoretiku u prattiku pprovduti minn, jew taħt is-superviżjoni ta’, università.” “Ref Art 11e, Dir 2013/55/EC”. Dan huwa l-aġġornament ta’ 2005/36/EC.
Għal mistoqsijiet dwar il- Programm tal-Fondazzjoni f’Malta, jekk jogħġbok ikkuntattja direttament lill-Iskola tal-Fondazzjoni, billi tibgħat email fuq [email protected].
Il-Kunsill Mediku jagħti Reġistrazzjoni Proviżorja lil Mediku biss wara li jkun ġie approvat għall-Programm tal-Fondazzjoni. Madankollu, huwa rakkomandat li wieħed jivverifika minn qabel mal-Kunsill Mediku li l-Università u l-kors speċifiku ta’ pre-medical li twettaq, huma eliġibbli għal Reġistrazzjoni Provviżorja f’Malta. Meta tinħareġ is-Sejħa għall-Applikazzjonijiet mill-Iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta, l-Applikant jintalab jissottometti ‘Ittra ta’ Intenzjoni’ mill-Kunsill Mediku bħala konferma li huwa/hija huma eliġibbli għal Reġistrazzjoni Provviżorja f’Malta.
L-Ittra ta’ Intenzjoni hija email mill-Kunsill Mediku ta’ Malta li fiha test skont l- eżempju ta’ hawn taħt:
Applikazzjoni Mal-kunsill Mediku Ta’ Malta Għal Ittra Ta’ Intenzjoni
Mediku li huwa interessat li japplika għad-dħul li jmiss tal-Programm tal-Fondazzjoni ta’ Malta huwa għalhekk imħeġġeġ jissottometti ‘Applikazzjoni għal Ittra ta’ Intenzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-Iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta’tista’ titniżżel hawn) flimkien ma’ Pre-Medical u/jew traskrizzjoni dettaljat tal-kontenut totali tal-kors (kurrikulari) fis-sena u n-numru ta’ sigħat għal kull suġġett/modjul, lill-Kunsill Mediku, kmieni kemm jista’ jkun, permezz ta’ email fuq [email protected]. F’dawk il-każijiet fejn it-traskrizzjoni la tipprovdi n-numru ta’ sigħat li saru u lanqas tipprovdi s-sigħat għall-aħħar sena tal-kors, għandha tiġi sottomessa ittra mid-Dekan tal-Università li tiddikjara b’mod ċar in-numru totali ta’ sigħat imwettqa. Jekk jogħġbok innota li din mhix Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni Proviżorja mal-Kunsill Mediku, u li formoli mhux kompluti mhux se jiġu kkunsidrati.
Wara li wieħed ilesti b’suċċess l-istudji mediċi tiegħu, applikazzjoni għal Reġistrazzjoni Proviżorja trid tiġi sottomessa lill-Kunsill Mediku. Il-Programm Skolastiku tal-Fondazzjoni jista’ jibda biss meta wieħed ikun kiseb Reġistrazzjoni Provviżorja mal-Kunsill Mediku ta’ Malta.
Skadenza għall-Applikazzjoni għall-ittra ta’ intenzjoni 2025 (għad-dħul ta’ 2026):
It- Tnejn 30 ta’ Gunju – 15.00 Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET).
It- Tnejn 30 ta’ Gunju – 15.00 Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET).
NB: Applikazzjonijiet mhux kompluti u applikazzjonijiet riċevuti wara din l-iskadenza ma jiġux ikkunsidrati għad-dħul tal-2024. Jekk jogħġbok issottometti l-applikazzjoni tiegħek kompluta bid-dokumenti kollha mitluba qabel din l-iskadenza.
Mistoqsijiet Frekwenti dwar l-Eliġibilità għal Reġistrazzjoni Proviżorja mal-Kunsill Mediku ta’ Malta (Lulju 2021)
Applikazzjoni Mal-kunsill Mediku Ta’ Malta Għar-reġistrazzjoni Provviżorja
Ladarba tkun ġejt aċċettat għall-Programm tal-Fondazzjoni ta’ Malta (prova/konferma hija meħtieġa) inti mitlub tissottometti applikazzjoni mal-Kunsill Mediku sabiex tingħata Reġistrazzjoni Proviżorja. Għal kwalunkwe mistoqsija jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tibgħat email fuq [email protected].
LINJI GWIDA GĦAT-TOBBA TAL-FONDAZZJONI:
-
Fl-2010, il-Kunsill Mediku Malti adotta l-linji gwida tal-Programm tal-Fondazzjoni tar-Renju Unit (UKFP), ‘The New Doctor’, għat-tobba tal-fondazzjoni tal-ewwel u t-tieni sena, bħala r-rekwiżiti standard ta’ kompetenzi għar-reġistrazzjoni kompluta. Il-Kunsill Mediku Ġenerali (GMC) ta l-permess tiegħu sakemm il-Kunsill Mediku jiżgura li r-regolazzjoni tal-Programm tal-Fondazzjoni ta’ Malta jaqa’ b’mod ċar taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Mediku. ‘The New Doctor’ (kif aġġornat) jista’ jitniżżel minn hawn (link).
-
Fl-2011, l-Iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta ngħatat affiljazzjoni mill-ġdid mill-UKFPO (għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok aċċessa dan link).
-
Ir-rapporti dwar l-Assigurazzjoni ta’ Kwalità tal- Iskola tal-Fondazzjoni ta’ Malta miżmuma mill-Kunsill Mediku, jistgħu jiġu aċċessati minn hawn (link).
-
Għal informazzjoni dwar Reġistrazzjoni Proviżorja jekk jogħġbok aċċessa dan il-link