L-Elezzjonijiet tal-Kunsill Mediku ta’ Malta għal ħames tobba liċenzjati, li mill-inqas wieħed minnhom irid ikun speċjalista fi sptar u ieħor tabib ġenerali u żewġ kirurgi dentali liċenzjatisaru f’Lulju tal-2022.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-artikolu 9 (e) u (f) tal-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa, 2003 (Kap. 464), ġie ppubblikat avviż għan-nomina fil-gazzetta tal-gvern u fil-ġurnali lokali fit-8 ta’ Lulju 2022.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tal-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (HCPA) 2003, Kap. 464, Regolamenti 6(2) tar-Regolamenti dwar l-Elezzjonijiet tal-Kunsill Mediku, Avviż Legali 35 tal-2004, qed jingħata avviż li l-Membri hawn taħt imsemmija ġew eletti għal perjodu ta’ tliet snin:
Membri (Eletti minn Tobba mit-22 ta’ Lulju 2022 sat-22 ta’ Lulju 2025)
Dr Doriella Camilleri M.D, MRCP, M.Sc., MRCP Ġerjatrija
Dr Ian Baldacchino M.D.(Melit.), MRCP(U.K.), MMCFD(Malta)
Dr Michael J. Boffa M.D., F.R.C.P.(Lond.), F.R.C.P.(Edin.), M.Sc.(Derm.), D. Derm., D.G.U.M.
Dr Shirley Farrugia M.D.
Dr Tanya Mellilo Fenech M.D., M.Sc., PhD
Membri (Eletti minn Kirurgi Dentali mit-22 ta’ Lulju 2022 sat-22 ta’ Lulju 2025)
Dr Anthony Charles B.Ch.D.
Dr David Muscat B.D.S.
ATT TAL-2003 DWAR IL-PROFESSJONIJIET TAL-KURA TAS-SAĦĦA (KAP. 464) KUMITAT TAL-APPELLI (ELEZZJONIJIET),REGOLAMENTI 2004,RIŻULTATI TAL-ELEZZJONIJIET 2022
Huwa nnotifikat li wara l-Avviż għan-Nomina ta’ professjonist wieħed regolat mill- Kunsill Mediku li għandu jservi fuq il-Kumitat tal-Appelli skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49(1)(e)(i) tal-Att tal-2003 dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap. 464), ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta u fuq il-gazzetti lokali nhar it-Tnejn 1 ta’ Awwissu 2022, kien hemm biss Formola ta’ Nominazzjoni waħda u ma saritx elezzjoni. Ir-riżultat tal-elezzjoni ta’ professjonist wieħed regolat mill-Kunsill Mediku biex iservi fuq il-Kumitat tal-Appelli għall- perjodu ta’ tliet snin, kien dan li ġej:
Dr Mario Grixti M.D., F.M.C.F.D., Dip Clin Oncol (Londra), Dip Therap (ICGP, Dip W.H. (ICGP), Dip Prev Med (ICGP), Cert Diab (ICGP), Nru ta’ Reġistrazzjoni tal-Kunsill Mediku MC2023, ġie elett mhux ikkontestat għall-kariga fil-Kumitat tal-Appelli għal perjodu ta’ tliet (3) snin mill-Ġimgħa 12 ta’ Awwissu 2022.
Skont id-dispożizzjoni tal-Artikoli 3(1) u (2) tal-Avviż Legali 35/2004, Leġiżlazzjoni Sussidjarja 464.04 – Regolamenti dwar l-Elezzjonijiet tal-Kunsill Mediku, il-Kunsill Mediku ħatar lill-Membri tal-Kummissjoni Elettorali tal-Kunsill Mediku għal perjodu ta’ sena. Il-Kummissjoni Elettorali tal-Kunsill Mediku hija magħmula minn:
Dr George Depasquale M.D.
Prof. John Mark Portelli B.Ch.D M.D.S. F.D.S. R.C.S.
Skont id-dispożizzjoni tal-Artikoli 3(1) u (2) tal-Avviż Legali 316/2004, kif emendat bl-Avviż Legali 346/2007, Leġislazzjoni Sussidjarja 464.05 – Regolamenti tal-Kumitat tal-Appell (Elezzjonijiet), il-Kunsill Mediku ħatar il-Membri tal- Kummissjoni Elettorali tal-Kunsill Mediku għal perjodu ta’ tliet snin. Il-Kummissjoni Elettorali tal-Kunsill Mediku hija magħmula minn:
Dr George Depasquale M.D.
Prof. John Mark Portelli B.Ch.D M.D.S. F.D.S. R.C.S.
Prof. David C. Mamo M.D., FRCP, DABPN
Rapporti dwar l-Elezzjonijiet tal-Kunsill Mediku u l-Elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Appelli: