IL-MISSJONI TAGĦNA

Il-Kunsill Mediku jaħdem biex jissalvagwardja d-drittijiet u s-sigurtà tal-pazjenti... billi jipproteġi, jippromwovi u jassigura s-saħħa tal-pubbliku ġenerali... billi jiżgura standards xierqa fil-prattika tal-Mediċina... kif ukoll billi jissalvagwardja l-valuri u l-integrità tal-professjonijiet Mediċi u Dentali....

Il-funzjonijiet statutorji tal-Kunsill Mediku huma definiti fl-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (HCPA) 2003, Kap. 464 tal-Liġijiet ta’ Malta, li timxi mad- Direttiva tal-UE 2005/36/EC.